Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2011 - Caventa AG vs UASI

(Kawża T-224/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Anson's Herrenhaus KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni), tal-10 ta' Frar 2011, fil-Każ R 1491/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Caventa AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: il-kelma "BERG" għal prodotti fil-klassijiet 25 u 28 (Applikazzjoni Nru 7 115 009)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Anson's Herrenhaus KG

Trade mark jew sinjal invokat: il-kelma "Christian Berg" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 25 u 35 (Trade mark Komunitarja Nru 338 36 76), filwaqt li l-oppożijjoni hija diretta kontra r-reġistrazzjoni ta' prodotti fil-klassijiet 25 u 28.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2099, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kkonsolidata) (ĠU L 78, p. 1).