Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Settembru 2011 - Adjemian e.a. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-325/09 P)1

("Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal - Kuntratt ta' reklutaġġ għal żmien determinat - Rifjut ta' konklużjoni ta' kuntratt ta' reklutaġġ jew li kuntratt ta' reklutaġġ jiġġedded għal żmien indeterminat - Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat - Direttiva 1999/70/KE - Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar iż-żmien massimu li matulu jista' jintuża persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tagħha")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Vahan Adjemian (Angera, l-Italja) u l-175 membri tal-persunal u ex membri tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea li l-ismijiet tagħhom huma fl-annessi, fis-sentenza (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti); u L-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

Appell tagħhom ippreżentat skont l-Artikolu 9 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-appellanti jitolbu l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Ġunju 2009, Adjemian et vs Il-Kummissjoni (F-134/07 u F-8/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, iktar 'il quddiem is-"sentenza appellata"), bil-għan li jannulla din is-sentenza.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Ġunju 2009, Adjemian et vs Commission (F-134/07 u F-08/08) hija annullata sa fejn huwa ddikkjara li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet diretti mir-rikorrenti fil-kawża F-134/07 li l-ismijiet jidhru fl-anness tad-deċiżjoni li tiċħad it-talbiet tagħhom.

2)     Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)    Ir-rikors imressaq mir-rikorrenti fil-kawża F-134/07 li l-ismijiet jidhru fl-anness huwa miċħud, sakemm dan ir-rikors jitlob l-annullament ta' deċiżjonijiet li jiċħdu t-talbiet tagħhom.

4)    Vahan Adjemian u 175 membru tal-persunal u ex membri tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess u dawk sostnuti mill-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta' din il-kawża.

____________

1 - ĠU C 256, 24.10.2009.