Language of document : ECLI:EU:T:2012:284





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba̕ Awla) tat-12 ta̕ Ġunju 2012 – Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam vs UASI – Investimust (COLLEGE)

(Kawża T-165/11)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità –Trade mark Komunitarja verbali COLLEGE – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni bi ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(c), u 52(1)(a)) (ara l-punti 21, 22, 24-34, 37)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2011 (Każ R 508/2010‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam u Investimust SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam huwa kkundannat għall-ispejjeż.