Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2014 – Cofra vs UASI – O2 (can do)

(Kawżi magħquda T-162/11 u T-163/11) 1

(“Trade mark Komunitarja – Oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cofra Holding AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment K.-U. Jonas u J. Bogatz, sussegwentement M. Viefhues, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment K. Klüpfel, sussegwentement A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: O2 Holdings Ltd (Slough, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Müller u A. Fottner, avukati)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Jannar 2011 (Kawżi R 242/2009-4 u R 246/2009-4), dwar, rispettivament, proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ALDEMAR AG u O2 Holdings Ltd u proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn C&A Mode KG u O2 Holdings Ltd.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikorsi preżenti.

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.

____________

1     ĠU C 139, 07.05.2011.