Language of document : ECLI:EU:T:2012:443





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Settembru 2012 – Reddig vs UASI – Morleys (Manku ta’ sikkina)

(Kawża T‑164/11)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja tridimensjonali – Manku ta’ sikkina – Raġuni assoluta għal rifjut – Sinjal li jikkonsisti esklużivament fil-forma tal-prodott li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku – Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Bord tal-Appell”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sinjali li jikkonsistu esklużivament fil-forma tal-prodott li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku – Kunċett – Eżistenza ta’ proċeduri oħra li jippermettu li jintlaħaq l-istess riżultat tekniku – Assenza ta’ effett fuq il-motiv ta’ rifjut (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(e)(ii)) (ara l-punti 17, 22)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sinjali li jikkonsistu esklużivament fil-forma tal-prodott li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku – Identifikazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali ta’ sinjal tridimensjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(e)(ii)) (ara l-punti 25, 26, 37, 38)

3.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009 – Trade mark tridimensjonali li hija kkostitwita mill-forma ta’ manku ta’ sikkina (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(e)(ii), u 52(1)(a)) (ara l-punti 28‑33)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 1072/2009‑2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Morleys Ltd u Reddig GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Reddig GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.