Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Marzu 2011 - Petroci vs Il-Kunsill

(Kawża T-160/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Petroci Holding (Abidjan, il-Côte d'Ivoire) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni 2011/18/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, li jistabbilixxi miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet u b'mod partikolari fir-rigward tal-kumpannija PETROCI;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-142/11, SIR vs Il-Kunsill.

____________