Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Marzu 2011 - High Tech vs UASI - Vitra Collections (Forma ta' siġġu)

(Kawża T-161/11)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: High Tech Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia u R. Floridia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vitra Collections AG

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara bħala invalida t-trade mark Komunitarja Nru 2.298.420

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : trade mark figurativa tridimensjonjali li għandha bħala suġġett l-"Alu chair" (trade mark Komunitarja Nru 2 298 420) għal prodotti fil-klassi 20

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja : Vitra Collections, AG

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja : ir-rikorrenti

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament 207/2009. Ir-rikorrenti sostniet ukoll l-invalidità tat-trade mark abbażi tal-argument li r-reġistrazzjoni tagħha hija intiża li teskludi lill-applikanti mis-suq tal-oġġetti ta' disinn li daħlu fid-dominju pubbliku u għaldaqstant hija reġistrazzjoni magħmula in mala fede.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikoli 7(1)(e)(iii) u 52(1)(b) tar-Regolament 207/2009.

____________