Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Diċembru 2010 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/10 P) 1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati - Eċċezzjoni ta' rikors parallel - Difetti proċedurali - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u L. Currall, aġenti, assistiti minn A. DaI Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tal-10 ta' Novembru 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-70/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiża għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 80, 27.3.2010.