Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 taʼ Ġunju 2013 – Vita Phone vs UASI (LIFEDATA)

(Kawża T-318/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vita Phone GmbH (Mannheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ruess u A. Doepner-Thiele avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1072/2012-1);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “LIFEDATA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 10 u 44 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 525 053

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009