Language of document : ECLI:EU:T:2015:96





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 —Vita Phone vs UASI (LIFEDATA)

(Kawża T‑318/13)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LIFEDATA — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b), u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ evalwazzjoni konkreta — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 17, 18)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali LIFEDATA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 21, 22, 27, 34)

3.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ legalità — Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punti 37, 38)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal — Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri jew f’pajjiżi terzi — Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 40)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Eżami separat tar-raġunijiet ta’ rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1) u 75) (ara l-punt 47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1072/2012‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali LIFEDATA bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vita Phone GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.