Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad - Nesebar (il-Bulgarija) fit-13 ta’ April 2023 – “Astoria Management” OOD vs CW

(Kawża C-234/23, Astoria Management)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad - Nesebar

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: “Astoria Management” OOD

Konvenut: CW

Domandi preliminari

Hija permessa, fis-sens tal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), limitazzjoni għad-dritt tal-“libertà kuntrattwali”, previst fl-Artikolu 16 tal-Karta, fir-relazzjonijiet bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, bħal dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51 taż-Zakon za upravlenie na etazhnata sobstvenost (il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Kondominji ta’ Appartamenti, iktar ’il quddiem iż-“ZUES”), skont il-prassi stabbilita dwar l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fir-Repubblika tal-Bulgarija, jiġifieri li kuntratt dwar kwistjonijiet irregolati mill-Artikolu 51 taż-ZUES, irrispettivament minn jekk il-kuntratt jirregolax kwistjonijiet oħra li ma jaqgħux fil-kompetenza esklużiva tal-assoċjazzjoni ta’ sidien fil-kondominju, li jkun ġie konkluż minn proprjetarju individwali ta’ appartament wieħed f’binja b’diversi appartamenti li, f’dan il-każ, huwa konsumatur fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 , huwa null b’applikazzjoni tal-ewwel eżempju mogħti fl-Artikolu 26(1) taż-Zakon za zadalzheniyata i dogovorite (il-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti, iktar ’il quddiem iż-“ZZD”), minħabba li jkun inkompatibbli mad-dritt sostantiv?

Hija permessa, fis-sens tal-Artikolu 52 tal-Karta, fir-relazzjonijiet bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, limitazzjoni għad-dritt tal-“libertà kuntrattwali”, iggarantit lill-konsumaturi fl-Artikolu 38 tal-Karta kif ukoll fid-Direttiva 93/13, limitazzjoni bħal dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51 taż-ZUES, skont il-prassi stabbilita dwar l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fir-Repubblika tal-Bulgarija, jiġifieri li kuntratt dwar kwistjonijiet irregolati mill-Artikolu 51 taż-ZUES, irrispettivament minn jekk il-kuntratt jirregolax kwistjonijiet oħra li ma jaqgħux fil-kompetenza esklużiva tal-assoċjazzjoni ta’ sidien fil-kondominju, li jkun ġie konkluż minn proprjetarju individwali ta’ appartament wieħed f’binja b’diversi appartamenti li, f’dan il-każ, huwa konsumatur fis-sens tad-Direttiva 93/13, huwa null b’applikazzjoni tal-ewwel eżempju mogħti fl-Artikolu 26(1) taż-ZZD, minħabba li jkun inkompatibbli mad-dritt sostantiv?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.