Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) tas-27 ta’ Ottubru 2023 –
Wallmax vs EUIPO
(Kawża C‑495/23 P)
“Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ammissibbiltà tal-appelli – Artikolu 170b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba li ma turix l-importanza ta’ kwistjoni għall-unità, għall-koerenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas li jintlaqa’ l-appell”
1. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni importanti għall-unità, għall-koerenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Oneru tal-prova
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170b)
(ara l-punt 10)
2. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Talba għall-ammissjoni ta’ appell – Rekwiżiti formali – Portata
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a u 170b)
(ara l-punti 11 sa 13)
3. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni importanti għall-unità, għall-koerenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Talba għal ammissjoni li ma turix in-natura sinjifikattiva tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a u 170b)
(ara l-punti 14, 16, 17, 19 sa 21)
4. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni importanti għall-unità, għall-koerenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Kuntrarjetà mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali – Talba għal ammissjoni li ma turix in-natura sinjifikattiva tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a u 170b)
(ara l-punt 15)
5. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni importanti għall-unità, għall-koerenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Kwistjoni li ma kinitx is-suġġett ta’ eżami mill-Qorti tal-Ġustizzja – Talba għal ammissjoni li ma turix in-natura sinjifikattiva tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a u 170b)
(ara l-punt 18)
Dispożittiv
1) | | L-appell ma huwiex ammess. |
2) | | Wallmax Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |