Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Ġunju 2012 - Eurofer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/11) 

("Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Allokazzjoni mingħajr ħlas ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra b'effett mill-2013 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina l-punti ta' riferiment ta' prodotti li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjoni - Ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Assenza ta' interess individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta' eżekuzzjoni - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Europäischer Wirtschaftsverband der Eisen- und Stahlindustrie (Eurofer) ASBL (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u C. Dittrich, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, K. Herrmann u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta' April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)     Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta' Euroalliages.

3)     Europäischer Wirtschaftsverband der Eisen- und Stahlindustrie (Eurofer) ASBL hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 269, 10.09.2011.