Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fis-17 ta’ Mejju 2024 – Finansinspektionen vs Carnegie Investment Bank AB

(Kawża C-363/24, Finansinspektionen)

Lingwa tal-kawża: is-Svediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finansinspektionen

Konvenut: Carnegie Investment Bank AB

Domandi preliminari

Komunikazzjoni li persuna partikolari ġiet inkluża f’lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata u li hija prekluża milli tbigħ azzjonijiet ta’ emittent tista’ tkun ta’ natura speċifika biżżejjed sabiex tikkostitwixxi informazzjoni privileġġata taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE 1 , anki jekk ir-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuna ma humiex ċari?

Fl-affermattiv, taħt liema kundizzjonijiet?

Sabiex jiġi ddeterminat jekk komunikazzjoni tat-tip imsemmi fl-ewwel domanda tikkostitwixxix informazzjoni privileġġata, huwa rilevanti jekk l-evalwazzjoni tal-emittent, li ċ-ċirkustanzi li wasslu għall-inklużjoni tal-persuna fil-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata kienu jikkostitwixxu informazzjoni, privileġġata kinitx korretta?

Sabiex jiġi ddeterminat jekk komunikazzjoni bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda tikkostitwixxix informazzjoni privileġġata, huwa rilevanti jekk l-informazzjoni li tinsab fil-komunikazzjoni kinitx korretta?

____________

1     ĠU 2014, L 173, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 287, p. 320.