Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Settembru 2012 - Tsujimoto vs UASI - Kenzo (KENZO)

(Kawża T-393/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentant: A. Wenninger-Lenz, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kenzo SA (Pariġi, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta' Mejju 2012, fil-Każ R 1659/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "KENZO", għal prodotti fil-klassi 33 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6334544

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 720706 għat-trade mark verbali "KENZO", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda kollha kemm hi

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94; u

ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94.

____________