Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Settembru 2012 - Lifted Research u LRG Europe vs UASI - Fei Liangchen (Lr geans)

(Kawża T-390/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lifted Research Group, Inc (Irvine, l-Istati Uniti) u LRG Europe Ltd (Hertfordshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fei Liangchen (Zhejiang, iċ-Ċina)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta' Ġunju 2012, fil-Każ R 1199/2012-2; u

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż tal-appell; alternattivament, jekk il-parti l-oħra fil-proċeduri tintervjeni, il-konvenut u l-intervenjenti għandhom iħallsu flimkien u in solidum l-ispejjeż tal-appell lir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "Lr geans" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18 u 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5572631

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2473627 għat-trade mark verbali "LIFTED RESEARCH GROUP", għal prodotti fil-klassi 8; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1591478 għat-trade mark verbali "LIFTED RESEARCH GROUP", għal prodotti fil-klassi 25; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4709325 għat-trade mark verbali "L R G", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 16, 25, 28, 35, 41 u 42; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2473601 għat-trade mark verbali "L R G" għal prodotti fil-klassi 18; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1591452 għat-trade mark verbali "L R G", għal prodotti fil-klassi 25; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4708897 għat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta siġra b'salib, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9 u 25; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4709218 tat-trade mark figurattiva "L", għal prodotti fil-klassijiet 9, 18 u 25; applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4988127 tat-trade mark figurattiva "L", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 25 u 35; sinjali mhux irreġistrati użati matul in-negozju fl-Unjoni Ewropea "LIFTED RESEACH GROUP", "LRG", "L r geans", "L", "Lrg", "Lr geans", għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

-    ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; u

-    ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 moqri flimkien mar-Regola 19(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.

____________