Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Ottubru 2012 - EDF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-389/12 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq tal-elettriku - Deċiżjoni li tawtorizza operazzjoni ta' konċentrazzjoni suġġetta għall-osservanza ta' ċerti impenji - Rifjut milli tingħata l-proroga tat-terminu stabbilit sabiex jiġu onorati dawn l-impenji - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Électricité de France (EDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4617 finali, tat-28 ta' Ġunju 2012, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-proroga tat-terminu ffissat sabiex jiġu onorati wħud mill-impenji tagħha, stabbiliti fid-Deċiżjoni C (2009) 9059 tat-12 ta' Novembru 2009, li tawtorizza l-operazzjoni ta' konċentrazzjoni fejn Électricité de France kellha tikseb kontroll esklużiv tal-assi ta' Segebel (Każ COMP/M.5549 - EDF/SEGEBEL).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________