Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Alfastar Benelux vs Il-Kunsill

(Kawża T-394/12) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Manteniment tekniku u servizzi ta’ assistenza u ta’ intervent fuq is-sit għall-kumpjuters personali, għall-printers u għat-tagħmir periferali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti – Talba għad-danni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alfastar Benelux SA (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Keramidas u N. Korogiannakis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Vitsentzatos, E. Chatziioakeimidou u M. Robert, aġenti)SuġġettMinn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 li ma taċċettax l-offerta mressqa mir-rikorrenti, fl-ambitu tas-sejħa għal offerti ristretta UCA 218/07, għall-manteniment tekniku u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ intervent fuq is-sit għall-kompjuters personali, għall-printers u għat-tagħmir periferali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament sostnut minħabba l-għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Alfastar Benelux SA hija kkundannata għall-ispejjeż.