Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – Tsujimoto vs UASI – Kenzo (KENZO)

(Kawża T-393/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja KENZO – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti KENZO – Raġuni relattiva għal rifjut – Reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentant: A. Wenninger-Lenz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kenzo (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti u N. Parrotta, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1659/2011-2), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kenzo u Kenzo Tsujimoto.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Kenzo Tsujimoto huwa kkundannat għall-ispejjeż.