Language of document : ECLI:EU:T:2014:992





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2014 —
Alfastar Benelux vs Il-Kunsill


(Kawża T‑394/12)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Manteniment tekniku u servizzi ta’ assistenza u ta’ intervent fuq is-sit għall-kompjuters personali, għall-printers u għat-tagħmir periferali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti — Talba għad-danni”

1.                     Rikors għal annullament — Motivi — Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Motiv li għandu jitqajjem ex officio — Invokazzjoni tardiva mir-rikorrenti — Assenza ta’ effett (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 25)

2.                     Kuntratt pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002) (ara l-punti 26, 71, 203, 204)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Obbligu li jiġu kkomunikati, wara talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula u l-isem tal-offerent magħżul (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2)) (ara l-punti 27, 28, 193)

4.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Kriterji ta’ selezzjoni — Kriterju marbut man-numru ta’ persuni impjegati mill-offerent — Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002) (ara l-punt 35)

5.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Modifika sostanzjali tad-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku matul il-perijodu ta’ validità tiegħu — Kunċett — Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li tawtorizza, konformement mar-regoli speċifiċi, is-sostituzzjoni minn offerent ta’ ċerti membri tal-persunal tiegħu — Esklużjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002) (ara l-punti 38, 39, 41, 43)

6.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Kriterji ta’ selezzjoni — Obbligu, tal-awtorità kontraenti, li tipprovdi għall-eliminazzjoni tal-offerenti li ma jilħqux il-livelli minimi fil-qasam kwalitattiv — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002) (ara l-punt 123)

7.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Kriterji ta’ selezzjoni — Kapaċità tal-kandidati li jipprovdu s-servizzi speċifikati — Kriterji ta’ għoti — Karatteristiċi u merti partikolari tal-offerti individwali — Kapaċità tal-kandidati li jeżegwixxu kuntratt fil-fażi tal-għoti tal-kuntratt — Inammissibbiltà — Esperjenza professjonali tal-membri tat-tim ta’ offerent — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 97; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 136, 137 u 138(2)) (ara l-punti 154-159)

8.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Għoti ta’ kuntratti — Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Kriterji ta’ għoti — Għażla mill-awtorità kontraenti — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 89 u 97; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 135 sa 138) (ara l-punti 173, 174)

9.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Kriterji ta’ selezzjoni — Obbligu, tal-awtorità kontraenti, li tivverifika li l-kriterji huma ssodisfatti mill-offerenti — Stħarriġ tal-osservanza mill-qorti tal-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002) (ara l-punt 194)

10.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 221)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 li ma taċċettax l-offerta mressqa mir-rikorrenti, fl-ambitu tas-sejħa għal offerti ristretta UCA 218/07, għall-manteniment tekniku u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ intervent fuq is-sit għall-kompjuters personali, għall-printers u għat-tagħmir periferali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament sostnut minħabba l-għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alfastar Benelux SA hija kkundannata għall-ispejjeż.