Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ April 2024 – Opera Laboratori Fiorentini SpA vs Ministero della Cultura, Gallerie degli Uffizi, A.L.E.S. - Arte Lavoro e Servizi SpA

(Kawża C-313/24, Opera Laboratori Fiorentini)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Opera Laboratori Fiorentini SpA

Konvenuti: Ministero della Cultura, Gallerie degli Uffizi, A.L.E.S. - Arte Lavoro e Servizi SpA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 5k[(1)](c) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina 1 , introdotta bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/576 tat-8 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna 2 , fil-parti fejn tipprevedi l-projbizzjoni tal-għoti jew it-tkomplija tal-eżekuzzjoni ta’ kwalunkwe kuntratt pubbliku jew ta’ konċessjoni ma’ “persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isem entità msemmija fil-punti minn (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu jew skont id-direzzjoni tagħha, inkluż, fejn dawn jammontaw għal aktar minn 10 % tal-valur tal-kuntratt, tas-sottokuntratturi, tal-fornituri jew tal-entitajiet li l-kapaċitajiet tagħhom huma invokati fis-sens tad-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku”, għandha tiġi interpretata fis-sens li din il-projbizzjoni tapplika għal kumpannija stabbilita skont id-dritt Taljan li jkollha s-sede tagħha fit-territorju Taljan, li l-ishma tagħha huma miżmuma minn kumpanniji Taljani u li s-soċji tagħha huma persuni fiżiċi li ma humiex ċittadini Russi, iżda li tnejn minn tlieta tal-membri tal-bord tad-diretturi huma ċittadini Russi, u li wieħed minn dawn, li hu l-president u direttur maniġerjali ta’ dan l-istess bord tad-diretturi, ikun ukoll direttur uniku tal-kumpannija omm b’90% tal-ishma?

____________

1     ĠU 2014, L 229, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2014, L 246, p. 59 u fil-ĠU 2022, L 114, p. 214.

1     ĠU 2022, L 111, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2022, L 190, p. 191 u fil-ĠU 2022, L 202, p. 58.