Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conti - Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana (l-Italja) fit-28 ta' Ġunju 2012 - Giuseppa Romeo vs Regione Siciliana

(Kawża C-313/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte dei Conti - Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Giuseppa Romeo

Konvenuta: Regione Siciliana

Domandi preliminari

Qorti nazzjonali, abbażi ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward ta' sitwazzjonijiet purament interni tirreferi għad-dritt tal-Unjoni Ewropea, tista' tinterpreta u tapplika dispożizzjonijiet u prinċipji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, billi tmur lil hinn, jew tapplikahom b'mod żbaljat, meta mqabbla mal-interpretazzjoni tagħhom mogħtija fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja?

Peress li l-Artikolu 3 tal-Liġi 241/1990 u l-Artikolu 3 tal-Liġi Reġjonali ta' Sqallija 10/1991, relatati mal-Artikolu 1 tal-Liġi 241/90, jobbliga l-amministrazzjoni Taljana tapplika l-prinċipji tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea, u fid-dawl tal-prinċipju ta' motivazzjoni tal-atti tal-amministrazzjoni pubblika previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u fl-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi kkunsidrat li huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-imsemmija normi nazzjonali, li jipprovdu li l-atti paritetiċi, jiġifieri drittijiet suġġettivi inerenti, li huma fi kwalunkwe każ vinkolanti, fil-qasam tal-pensjonijiet, jistgħu jaħarbu mill-obbligu ta' motivazzjoni, u dan huwa każ ta' ksur ta' forma sostanzjali tal-att amministrattiv?

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21g(2) tal-Liġi 241/1990, hekk kif interpretat fil-ġurisprudenza amministrattiva, relatat mal-obbligu ta' motivazzjoni tal-att amministrattiv stabbilit fl-Artikolu 3 tal-istess Liġi 241/1990 u tal-Liġi Reġjonali ta' Sqallija 10/1991, skont l-obbligu ta' motivazzjoni tal-atti tal-amministrazzjoni pubblika previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41(2)(c), tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huwa kompatibbli mal-Artikolu 1 tal-Liġi 241/1990, li jobbliga l-amministrazzjoni tapplika l-prinċipji tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea, u, konsegwentement, li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-possibbiltà rikonoxxuta lill-amministrazzjoni li tissupplimenta l-motivazzjoni tal-att amministrattiv waqt il-proċeduri huma konformi u ammissibbli?"

____________