Rikors ippreżentat fis-27 ta' Lulju 2009 - Carrols vs UASI - Gambettola (Pollo Tropical CHICKEN ON THE GRILL)
(Kawża T-291/09)
Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Carrols Corp. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Giulio Gambettola (Los Realejos, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tiddikjara dan ir-rikors kif ukoll l-annessi tiegħu ammissibbli;
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fl-aspetti kollha tagħha fir-rigward tar-raġunijiet għal dikjarazzjoni ta' invalidità bbażati fuq l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009; u
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali "Pollo Tropical CHICKEN ON THE GRILL" (Applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni Nru 002938801) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 41 u 43.
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Giulio Gambettola.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva nazzjonali (Nru 2.201.552) li fiha l-element verbali "Pollo Tropical CHICKEN ON THE GRILL" u t-trade mark verbali nazzjonali "POLLO TROPICAL" (Nru 2.201.543) għal servizzi fil-klassi 41 ("servizzi ta' restoranti").
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: It-talba għal annullament hija miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ir-rikors huwa miċħud.
Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 52(1)(b) u 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/99 dwar it-trade mark Komunitarja.
____________