Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2023 – Mazepin vs Il-Kunsill

(Kawża T-743/22 R III) 

(“Miżuri provviżorji – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Talba għal miżuri provviżorji Inammissibbiltà ”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nikita Dmitrievich Mazepin (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa, M. Moretto, V. Villante, T. Marembert u A. Bass, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Rurarz u P. Mahnič, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: J. Davidoviča u K. Pommere, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tiegħu bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrent jitlob, b’mod partikolari, fl-ewwel lok, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-inklużjoni mill-ġdid imħabbra ta’ ismu fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi suġġetti għal miżuri restrittivi, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fid-digriet tad-19 ta’ Lulju 2023, Mazepin vs Il-Kunsill (T-743/22 R II, mhux ippubblikat, EU:T:2023:406, punti 1 u 2 tad-dispożittiv), sal-għoti tas-sentenza fil-mertu, fit-tieni lok, li jiġi ordnat lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jippubblika fl-istess Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bħal dak li fih ser jiġu ppubblikati l-atti dwar l-inklużjoni mill-ġdid ta’ ismu, nota li tindika b’mod ċar li l-imsemmija atti huma s-suġġett ta’ sospensjoni taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fid-digriet tad-19 ta’ Lulju 2023, Mazepin vs Il-Kunsill (T-743/22 R II, mhux ippubblikat, EU:T:2023:406, punti 1 u 2 tad-dispożittiv), sal-għoti tas-sentenza fil-mertu u, fit-tielet lok, li jiġi ordnat lill-Kunsill jieħu l-miżuri neċessarji sabiex id-digriet tad-19 ta’ Lulju 2023, Mazepin vs Il-Kunsill (T-743/22 R II, mhux ippubblikat, EU:T:2023:406) jiġi osservat effettivament u bis-sħiħ mill-Istati Membri u, b’mod speċifiku, li l-viża li nħarġitlu fis-7 ta’ Awwissu 2023, u kwalunkwe viża oħra li tirriżulta neċessarja, ikunu jkopru tal-inqas it-territorju tal-Istati Membri tal-Unjoni li huma partijiet għall-Ftehim ta’ Schengen u jibqgħu validi matul il-perijodu indispensabbli għalih sabiex ikun jista’ effettivament jeżerċita d-drittijiet mogħtija lilu permezz ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri proviżżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________