Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2021 – Klymenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-470/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: M. Cessieux, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ta’ Oleksandr Viktorovytch Klymenko bħala ammissibbli; ;

tiddikjara li billi tadotta l-miżuri restrittivi kontra O.V. Klymenko, kemm jekk annullati kif ukoll jekk le, li jirrigwardaw:

id-Deċiżjoni (PESK) 2021/394 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2021;

id-Deċiżjoni (PESK) 2020/373 r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020;

id-Deċiżjoni (PESK) 2019/354 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 ;

id-Deċiżjoni (PESK) 2018/33 u Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018 ;

id-Deċiżjoni (PESK) 2017/381 u Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 ;

id-Deċiżjoni (PESK) 2016/318 u Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 ;

id-Deċiżjoni (PESK) 2015/364 u Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 ;

il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea invoka r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea;

tiddikjara konsegwentement li l-Unjoni Ewropea għandha tikkumpensa d-danni li jirriżultaw għar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jikkumpensa d-danni li jirriżultaw minn dannu għall-onorabbiltà u għar-reputazzjoni, li tammonta għal EUR 50,000, li magħhom għandhom jiżdiedu l-interessi legali u kwalunkwe somma oħra li tkun iġġustifikata;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jagħti lir-rikorrent somma li tikkorrispondi għal EUR 500 għal kull xahar li matulu ismu ġie mdaħħal fuq il-listi kkontestati bħala kumpens għad-dannu morali subit minnu li jirriżulta mid-diffikultajiet ikkawżati lil ħajtu kuljum u d-dannu lil saħħtu li magħha jridu jiżdiedu l-interess legali, u kull somma oħra li tkun iġġustifikata;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni li jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża u għad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni li jirriżulta fi ksur mill-Kunsill tal-obbligu tiegħu li tiġi stabbilita l-fondatezza tal-miżuri restrittivi adottati.

____________