Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2021 – Shatrov vs Il-Kunsill (Kawża T-523/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Alexander Evgenevich Shatrov (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1002 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2021 L 219 I, p. 70) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/997 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU 2021, L 219 I, p. 3) sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent;

skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żball manifest ta’ evalwazzjoni. B’mod partikolari, huwa jallega li l-Kunsill kiser l-obbligi ta’ stħarriġ tiegħu billi naqas milli jipproduċi provi konkreti sabiex jiġġustifika l-validità tal-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista fl-atti kkontestati.

____________