Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2021 – MCO (IP) vs EUIPO – C8 (C2 CYPRUS CASINOS)

(Kawża T-460/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: MCO (IP) Holdings Ltd (Tortola, British Virgin Islands) (rappreżentant: A. Roughton, Barrister-at-law)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: C8 (Issy-les-Moulineaux, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni figurattiva C2 CYPRUS CASINOS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 867 693

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 908/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tippermetti t-trade mark (Applikazzjoni tal-EUIPO Nru 017867693) tipproċedi għar-reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tagħha stess;

tikkundanna lil C8 għall-ispejjeż tagħha stess;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti minn MCO(IP) Holdings Limited.

Motivi invokati

applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ interdipendenza li wasslet għaċ-ċaħda żbaljata tar-reġistrazzjoni tas-sinjal;

applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ interdipenenza li wasslet għaċ-ċaħda żbaljata tal-appell mill-Bord tal-Appell;

applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ interdipendenza billi ntlaqgħet l-oppożizzjoni u, konsegwentement, billi r-reġistrazzjoni tas-sinjal ġiet b’mod żbaljat miċħuda.

____________