Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Frar 2012 - Dagher vs Il-Kunsill
(Kawża T-218/11)
("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire - Irtirar mil-lista tal-persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali")
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Habib Roland Dagher (Abidjan, il-Côte d'Ivoire) (rappreżentanti: J. Y. Dupeux u F. Dressen, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u E. Dumitriu-Segnana, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK, tal-31 ta' Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK, li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 28, p. 60), u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 85/2011, tal-31 ta' Jannar 2011, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire (ĠU L 28, p. 32), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK, tal-31 ta' Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK, li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire, u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 85/2011, tal-31 ta' Jannar 2011, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire.
It-talba għad-danni hija miċħuda.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż relatati mat-talba għal annullament.
Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż relatati mat-talba għad-danni.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 179, 18.06.2011.