Rikors ippreżentat fid-19 ta' Jannar 2010 - Garcia Lledo et vs UASI
(Kawża F-7/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Inès Garcia Lledo (Alicante, Spanja) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, H.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-President tal-UASI li jtemm l-impjieg tar-rikorrenti bħala membri tal-persunal temporanju minħabba l-fatt li ma għaddewx minn kompetizzjoni ġenerali
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjonijiet tal-President tal-UASI tat-12 ta' Marzu 2009 li jtemmu l-impjieg tar-rikorrenti bħala membri tal-persunal temporanju;
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.
____________