Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2007 - Bosman vs Il-Kunsill
(Kawża F-145/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Pierre Bosman (Lebbeke, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u P. S. Gennari Curlo, avocats)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni individwali tat-28 ta' Frar 2007, li ċaħdet l-allowance tal-familja sabiex jiġu kkalkulati d-drittijiet ta' pensjoni ta' rtirar.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla l-avviż ta' ffissar tad-drittijiet ta' pensjoni ta' rtirar tas-27 ta' Frar 2007;
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta' l-allowance tal-familja mitluba li għandha tibda tiddekorri mill-1 ta' Marzu 2007;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
____________