Language of document : ECLI:EU:T:2010:427





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 – DHL Aviation u DHL Hub Leipzig vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-452/08)

“Għajnuna mill-Istat – Trasport tal-merkanzija bl-ajru – Garanziji fir-rigward tal-operat tal-bażi Ewropea ġdida tal-kumpannija DHL fl-ajruport ta’ Leipzig-Halle – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha”

1.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata lil Stat Membru u li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna statali mas-suq komuni - Rikors tal-benefiċjarju tal-għajnuna - Ammissibbiltà (ara l-punt 26)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-ħlas lura tagħha - Obbligi tal-Istati Membri - Obbligu ta’ rkupru - Portata - Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punt 32)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Vantaġġ mogħti lill-benefiċjarji ta’ għajnuna statali - Garanziji tal-Istat - Nullità taħt il-liġi nazzjonali tal-klawżoli kuntrattwali li jagħtu l-garanzija tal-Istat - Nuqqas ta’ effett fuq il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 38, 40)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/948/KE, tat-23 ta’ Lulju 2008, dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig-Halle (ĠU L 346, p. 1).

Dispożittiv

1)         Ir-rikors huwa miċħud.

2)         DHL Aviation SA/NV u DHL Hub Leipzig GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.