Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 18 ta' Ottubru 2011 - SLV Elektronik vs UASI - Jiménez Muñoz (LINE)

(Kawża T-449/08) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva LINE - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti Line - Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b)tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SLV Elektronik GmbH (Übach-Palenberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. König, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Angel Jiménez Muñoz (Gelida, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta' Lulju 2008 (Każ R 759/2007-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Angel Jiménez Muñoz u SLV Elektronik GmbH.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tar-Raba' Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta' Lulju 2008 (Każ R 759/2007-4) hija annullata għal dak li jirrigwarda l-prodotti "lampi li jaħdmu bil-kurrent elettriku, tagħmir u installazzjoniet elettriċi, tagħmir elettriku ta' effetti teatrali, lampi tal-elettriku u partijiet tal-prodotti msemmija li jaqgħu fil-klassi 11.

2)    L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 327, 20.12.2008.