Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Ottubru 2008 - S.L.V. Elektronik vs UASI - Jiménez Muñoz (LINE)

(Kawża T-449/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: S.L.V. Elektronik GmbH (Übach-Palenberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. König, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Angel Jiménez Muñoz (Gelida, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-18 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 759/2007-4, sa fejn din tirrigwarda r-reġistrazzjoni tat-trade mark 003316908 għal "lampi li jaħdmu bil-kurrent elettriku, tagħmir u installazzjoniet elettriċi, tagħmir elettriku ta' effetti teatrali, lampi tal-elettriku u partijiet tal-prodotti msemmija" u li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għandu jbati l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: l-appellant

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "LINE" għal prodotti fil-klassi 11 - applikazzjoni Nru 3 316 908

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Angel Jiménez Muñoz

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: trade marks verbali u figurattivi nazzjonali "Line" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 37 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni parzjalment annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 tal-Kunsill, billi m'hemm l-ebda probbabiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti. Barra minn dan, il-Bord tal-Appell ma bbażax ruħu fuq it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni, iżda fuq disinn mhux identiku.

____________