Language of document :

Rikors ippreżentat fis- 6 ta' Ottubru 2008 - Coverpla vs UASI- Heinz-Glas (Trade marks jew Disinni)

(Kawża T-450/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Coverpla (Nice, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u M. Chaminade, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti(jiet) oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heinz-Glas GmbH (Kleintettau, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tas-7 ta' Lulju 2008, każ R 1411/2007-3, safejn din ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti u kkunsidrat il-mudell Komunitarju "Tour" Nru 29178-0002 bħala invalidu.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark jew disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : Trade mark jew disinn Komunitarju Nru 29178-0002 għal "fliexken"

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja : Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja : Heinz-Glas GmbH

Trade mark jew disinn tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità : Flixkun mhux irreġistrat imsemmi "Empire" bin-numru ta' riferenza F 3990

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni : Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark jew disinn Komunitarju

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell : Ċaħda tar-rikors

Motivi invokati : It-trade mark jew disinn Komunitarju għandu tabilħaqq il-karattru ġdid meħtieġ; id-dokumenti ppreżentati minn Heinz-Glas GmbH sabiex tippprova li hija kienet ħarġet fil-pubbliku mudell ta' flixkun identiku li kien preċedenti għat-trade mark jew disinn Komunitarju m'għandhomx saħħa probatorja.

____________