Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Ottubru 2010 - DHL Aviation u DHL Hub Leipzig vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-452/08) 1

"Għajnuna mill-Istat - Trasport tal-merkanzija bl-ajru - Garanziji fir-rigward tal-operat tal-bażi Ewropea ġdida tal-grupp DHL fl-ajruport ta' Leipzig-Halle - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordona l-irkupru tagħha"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DHL Aviation SA/NV (Zaventem, il-Belġju); u DHL Hub Leipzig GmbH (Schkeuditz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Burnside, solicitor, u B. van de Walle de Ghelcke, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross, B. Martenczuk u E. Righini, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/948/KE, tat-23 ta' Lulju 2008, dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig-Halle (ĠU L 346, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

DHL Aviation SA/NV u DHL Hub Leipzig GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 6, 10.1.2009.