Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2011 - Freistaat Sachsen et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-443/08 u T-455/08)1

"Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur l-ajruport ta' Leipzig-Halle - Finanzjament ta' investimenti relatati mal-bini tar-runway ġdida fin-nofsinhar tal-ajruport - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Inammissibbiltà - Kunċett ta' impriża - Kunċett ta' attività ekonomika - Infrastruttura tal-ajruporti"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Freistaat Sachsen (il-Ġermanja) u Land Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Soltész, avukat) (Każ T-443/08); Mitteldeutsche Flughafen AG (Leipzig, il-Ġermanja) u Flughafen Leipzig-Halle GmbH (Leipzig) (rappreżentant: M. Núñez-Müller, avukat) (Każ T-455/08)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross, B. Martenczuk u E. Righini, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein, aġenti); u Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV) (rappreżentant: L. Giesberts, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3512, tat-23 ta' Lulju 2008, dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig-Halle (ĠU L 346, p. 1),

Dispożittiv

Il-Kawżi T-443/08 u T-455/08 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Ir-rikors fil-Kawża T-443/08 huwa miċħud bħala inammissibbli.

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/948/KE, tat-23 ta' Lulju 2008, dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig-Halle, huwa annullat sa fejn jiffissa l-ammont tal-għajnuna mill-Istat, li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lill-ajruport ta' Leipzig-Halle għall-finijiet tal-bini ta' runway ġdida fin-nofsinhar tal-ajruport u ta' infrastrutturi tal-ajruport konnessi, għal EUR 350 miljun.

Il-kumplament tar-rikors fil-Kawża T-455/08 huwa miċħud.

Freistaat Sachsen u l-Land ta' Sachsen-Anhalt huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-443/08.

Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom.

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti fil-Kawża T-455/08.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom sostnuti fil-Kawżi T-443/08 u T-455/08.

____________

1 - ĠU C 237, 20.12.2008.