Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta' Ġunju 2012 - Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern - Garmo (HELLIM)

(Kawża T-534/10) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali HELLIM - Trade mark Komunitarja kollettiva verbali preċedenti HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - Artikolu 63(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: inizjalment C. Milbradt u H. Van Volxem, sussegwentement C. Milbradt u A. Schwarz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Garmo AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Settembru 2010 (Każ R 794/2010-4), fir-rigward ta' proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn l-Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias u Garmo AG.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    L-Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 30, 29.1.2011.