Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2013 – Kessel vs UASI – Janssen Cilag (Premeno)

(Kawża T-536/10) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Premeno – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Pramino – Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Limitazzjoni tal-prodotti msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark – Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kessel Marketing & Vertriebs GmbH (Mörfelden-Walldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: inizjalment S. Bund, sussegwentement A. Jacob, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Janssen-Cilag GmbH (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wenz, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Settembru 2010 (Każ R 708/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Janssen-Cilag GmbH u Kessel Marketing & Vertriebs GmbH.Dispożittiv1)    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-21 ta’ Settembru 2010 (Każ R 708/2010-4), hija annullata.2)    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Kessel Marketing & Vertriebs GmbH.3)    Janssen-Cilag GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.