Language of document : ECLI:EU:T:2012:293





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 taʼ Ġunju 2012 — Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs UASI — Garmo (GAZI Hellim)

(Kawża T-535/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti taʼ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GAZI Hellim — Trade mark Komunitarja kollettiva verbali preċedenti HALLOUMI — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju taʼ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 36-40)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Rabaʼ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 taʼ Settembru 2010 (Każ R 1497/2009‑4), dwar proċedimenti taʼ oppożizzjoni bejn Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias u Garmo AG.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Rabaʼ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 taʼ Settembru 2010 (Każ R 1497/2009‑4), hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.