Language of document : ECLI:EU:T:2013:586





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Novembru 2013 — Kessel vs UASI – Janssen-Cilag (Premeno)

(Kawża T‑536/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Premeno — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Pramino — Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Limitazzjoni tal-prodotti msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark — Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu parzjali — Effett — Kunċett ta’ “parti mill-prodotti jew mis-servizzi” ikkonċernati mir-reġistrazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 21-23)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura ta’ reġistrazzjoni — Irtirar, restrizzjoni u emenda tal-applikazzjoni għal trade mark — Applikazzjoni għal-limitazzjoni tal-lista ta’ prodotti jew servizzi — Modalitajiet — Applikazzjoni li għandha ssir b’mod espress u mhux kundizzjonat (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 43; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 13) (ara l-punt 39)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Settembru 2010 (Każ R 708/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Janssen-Cilag GmbH u Kessel Marketing & Vertriebs GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-21 ta’ Settembru 2010 (Każ R 708/2010-4), hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Kessel Marketing & Vertriebs GmbH.

3)

Janssen-Cilag GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.