Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2010 - Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs UASI - Garmo (GAZI Hellim)

(Kawża T-535/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias (Lefkosia, Ċipru) (rappreżentanti: C. Milbradt u H. Van Volxem, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Garmo AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Settembru 2010 fil-Każ R 1497/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Garmo AG.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva "GAZI Hellim" għall-prodotti fil-klassi 29.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali kollettiva "HALLOUMI" għal prodotti fil-klassi 29.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 peress li t-trade marks u l-prodotti inkwistjoni huma simili u billi teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (verżjoni kodifikata) (ĠU L 78, p. 1).