Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2010 - Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs UASI - Garmo (HELLIM)

(Kawża T-534/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias (Lefkosia, Ċipru) (rappreżentanti: C. Milbradt u H. Van Volxem, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Garmo AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta' Settembru 2010, fil-Każ R 794/2010-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Garmo AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "HELLIM" għal prodotti fil-klassi 29

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark kollettiva "HALLOUMI" għal prodotti fil-klassi 29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, għaliex it-trade marks u l-prodotti inkwistjoni huma simili u teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks, kif ukoll ksur tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, għaliex ir-rikorrenti setgħet tistenna li tingħata l-opportunità li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha fuq il-pożizzjoni meħuda mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).