Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Nowhere vs EUIPO - Junguo Ye (APE TEES)

(Kawża T-281/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nowhere Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentant: R. Kunze, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Junguo Ye (Elche, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea APE TEES bil-kuluri iswed u kannella – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 319 578

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 2474/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________