Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2022 – Nowhere vs EUIPO – Ye (APE TEES)

(Kawża T-281/21) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea APE TEES – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti mhux irreġistrati li jirrappreżentaw xadina – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Sistema tal-azzjoni tal-common law kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) – Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nowhere Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentant: R. Kunze, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Junguo Ye (Elche, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2021 (Każ R 2474/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nowhere Co. u J. Ye.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-10 ta’ Frar 2021 (Każ R 2474/2017-2) hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-EUIPO huwa kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 289, 19.7.2021.