Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) fil-21 ta' Mejju 2012 - Salzburger Flughafen GmbH vs Umweltsenat

(Kawża C-244/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Salzburger Flughafen GmbH

Konvenut: Umweltsenat

Parti intervenjenti: Landesumweltanwalt von Salzburg

Parti oħra: Bundesministerin für Verkehr, Innovation und Technologie

Domandi preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 Ġunju 1985 2, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 Marzu 1997  (iktar 'il quddiem id-"Direttiva 85/337") tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li l-istima tal-effetti fuq l-ambjent tax-xogħlijiet infrastrutturali f'ajruport (li ma jinvolvux ir-runway), b'mod partikolari, il-kostruzzjoni ta' terminal u l-estensjoni tas-sit tal-ajruport għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet addizzjonali (speċjalment ta' hangars, imħażen għat-tagħmir u żoni ta' parkeġġ) titwettaq biss fil-każ li dan mistenni li jżid il-movimenti bl-ajru b'mhux inqas minn 20 000 fis-sena?

F'każ ta' risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni nazzjonali, id-Direttiva 85/337 tirrikjedi u tippermetti l-applikazzjoni diretta tagħha sabiex tiġi effettwata (fid-dawl tal-għanijiet u tal-kriterji stabiliti fl-Anness III) l-istima tal-effetti fuq l-ambjent ta' proġett, speċifikat fl-ewwel domanda, li jaqa' taħt l-Anness II?

____________

1 - Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).

2 - Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 Marzu 1997, li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151).