Language of document : ECLI:EU:T:2011:515





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-86/09)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi tal-informatika, inkluż il-manutenzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd u għall-Affarijiet Marittimi – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Trasparenza – Kriterji ta’ għoti – Kunflitt ta’ interess – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta - Obbligu li jiġu kkomunikati, wara talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula u l-isem tal-appaltatur li lilu jingħata il-kuntratt (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 26, 29-32)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti - Neċessità li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u l-konformità mal-prinċipju ta’ trasparenza - Diskrepanza fl-informazzjoni kkomunikata lill-offerenti, li hija favur il-kuntrattur stabbilit - Informazzjoni li la kienet neċessarja u lanqas utli għall-formulazzjoni tal-offerti - Assenza tal-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (ara l-punti 60-63, 65-83)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa tal-istituzzjonijiet fl-iżvolġiment tal-proċedura għall-għoti tal-kuntratt - Kunflitt ta’ interessi bejn offerent u membru tal-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti - Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 52(2)) (ara l-punti 100-103)

4.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (ara l-punt 123)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Diċembru 2008, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti MARE/2008/01, li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi tal-informatika, inkluż il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi ta’ informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd u għall-Affarijiet Marittimi tal-Kummissjoni (ĠU 2008, S 115), kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummmissjoni Ewropea.