Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Novembru 2009 - Andersen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-87/09)1

("Għajnuna mill-Istat - Miżuri favur id-Danske Statsbaner - Obbligi ta' servizz pubbliku - Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jørgen Andersen (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentanti: M. Nissen, J. Rivas de Andrés u J. Gutiérrez Gisbert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Martenczuk u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 4776 finali, tal-10 ta' Settembru 2008, li tinbeda l-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE dwar l-għajnuna mill-Istat C 41/2008 (ex NN 35/2008), implementata mir-Renju tad-Danimarka favur id-Danske Statsbaner.

Dispożittiv

Ir rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Jørgen Andersen huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 113, 16.5.2009