Language of document : ECLI:EU:T:2009:468





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Novembru 2009 – Andersen vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑87/09)

“Għajnuna mill-Istat – Miżuri favur id-Danske Statsbaner – Obbligi ta’ servizz pubbliku – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Atti preparatorji - Esklużjoni (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 50-55)

2.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali li tikklassifika servizz ta’ trasport bħala servizz pubbliku - Effetti legali ta’ natura awtonoma mid-deċiżjoni finali - Assenza (Artikoli 88(2) KE u 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 4(4) u 6(1)) (ara l‑punti 56-61)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 4776 finali, tal‑10 ta’ Settembru 2008, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE dwar l-għajnuna mill-Istat C 41/2008 (ex NN 35/2008), implementata mir-Renju tad-Danimarka favur id-Danske Statsbaner.

Dispożittiv

1)     Ir rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)     Jørgen Andersen huwa kkundannat għall-ispejjeż.