Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2014 – Soliver vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-68/09) 1

[“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Ftehimiet ta’ qsim ta’ swieq u ta’ skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva – Regolament (KE) Nru 1/2003 – Ksur uniku u kontinwat – Parteċipazzjoni fil-ksur”]

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Soliver NV (Roulers, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams, J. Bocken u T. Baumé, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, M. Kellerbauer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 863 finali, tal-11 ta’ Frar 2009, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta minn din id-deċiżjoni.DispożittivL-Artikolu 1(d) u l-Artikolu 2(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 863 finali, tal-11 ta’ Frar 2009, huma annullati, sa fejn, minn naħa, ġiet ikkonstatata l-parteċipazzjoni ta’ Soliver NV, mid-19 ta’ Novembru 2001 sal-11 ta’ Marzu 2003, f’akkordju illeċitu fis-suq tal-ħġieġ tal-vetturi fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u fejn, min-naħa l-oħra, ġiet imposta fuqha multa ta’ EUR 4 396 000 f’dan ir-rigward.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.