Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Ottubru 2010 - Provincie Groningen u Provincie Drenthe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-69/09) 1

"Rikors għal annullament - FEŻR - Deċiżjoni li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja u li tordna r-rimbors parzjali tas-somom imħallsa - Entità reġjonali - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Provincie Groningen (il-Pajjiżi l-Baxxi) u Provincie Drenthe (il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Dekker u E. Belhadj, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u W. Roels, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 8355, tal-11 ta' Diċembru 2008, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija fuq il-bażi tad-Dokument ta' programmar individwali Nru 97.07.13.003, li jaqa' taħt l-Obbjettiv Nru 2, dwar ir-reġjuni ta' Groninge u Drenthe (il-Pajjiżi l-Baxxi), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (1997) 1362, tas-26 ta' Mejju 1997.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Provincie Groningen u Provincie Drenthe huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 90, 18.04.2009.